29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/26
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Frar 2008 — Orsay vs L-UASI — Jiménez Arellano (Orsay)
(Kawża T-378/04) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali u figurattiva Orsay - Trade mark nazzjonali verbali u figurattiva preċedenti D'ORSAY - Motiv relattiv għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)
(2008/C 79/51)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Orsay GmbH (Willstätt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. von Schultz u S. Elbe, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: l-ewwel T. Eichenberg, wara G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: José Jiménez Arellano, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: l-ewwel J. Astiz Suárez, wara S. Hernán-Carrillo Portolés, fl-aħħar A. Tarí Lázaro, avukati)
Suġġett
Appell mid-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-15 ta' Ġunju 2004 (Każ R 909/2002-4) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn José Jiménez Arellano, SA u Orsay GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Orsay GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 314, 18.12.2004.
Full & Egal Universal Law Academy