8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/33
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Terezakis vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-380/04) (1)
(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-bini ta' l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta'Ateni fi Spata - Ċaħda ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' interessi kummerċjali - Eċċezzjoni dwar il-ħarsien ta' l-iskop ta' verifiki - Aċċess parzjali’)
(2008/C 64/52)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ioannis Terezakis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment L. Defalque, G. Xanthoulis, A. Tsamis, A. Georgiadis, E. Stefanakis, É. Koeune u G. Stylianakis, avukati, wara G. Stylianakis, B. Keane, solicitor, u P. Koutsoukos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u P. Aalto, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2004 li ċaħdet aċċess lir-rikorrent għal ċerti dokumenti dwar il-bini ta' l-ajruport internazzjonali l-ġdid ta' Ateni fi Spata.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 2004 hija annullata in kwantu tikkonċerna ċ-ċaħda ta' aċċess għall-kuntratt ta' l-14 ta' Ġunju 1996 iffirmat bejn Athens International Airport SA u konsorzju ta' kumpanniji mmexxi minn Hochtief AG.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Ioannis Terezakis ibati nofs l-ispejjeż tiegħu.
4)
Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż ta' Ioannis Terezakis.
(1) ĠU C 300, 4.12.2004.
Full & Egal Universal Law Academy