16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/30
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-1 ta’ April 2009 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-385/04) (1)
(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għal annullament - Rikors għal kumpens - Promozzjoni - Għoti ta’ punti ta’ prijorità”)
2009/C 113/60
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gregorio Valero Jordana (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Merola u I. van Schendel, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn V. Joris u C. Berardis-Kayser, sussegwentement minn V. Joris u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)
Suġġett
L-annullament:
—
tad-deċiżjoni tad-direttur ġenerali tas-servizz legali tal-Kummissjoni li jagħti lir-rikorrent punti wieħed biss ta’ prijorità tad-Direzzjoni ġenerali taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, ikkomunikata fis-7 ta’ Lulju 2003 u kkonfermata b’deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra nnotifikata fis-16 ta’ Diċembru 2003;
—
tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tagħti lir-rikorrent total ta’ 20 punt taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, innotifikata fis-16 ta’ Diċembru 2003; tal-lista skont il-mertu tal-uffiċjali fil-grad A 5 taħt il-proċedura 2003, ippubblikata fl-Informazzjoni amministrattiva Nru 69-2003, tat-13 ta’ Novembru 2003; tal-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad A 4 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, ippubblikata fl-Informazzjoni amministrattiva Nru 73-2003, tas-27 ta’ Novembru 2003; tad-deċiżjoni li l-isem tar-rikorrent ma jiġix inkluż fl-imsemmija listi;
—
tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħtix lir-rikorrent punt ta’ prijorità addizzjonali taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003, kif tirriżulta mill-ittra tat-22 ta’ Frar 2007 u mid-deċiżjoni tas-17 ta’ April 2007,
u intiż għall-kumpens ta’ EUR 5 000.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu t-total tal-punti ta’ promozzjoni ta’ Gregorio Valero Jordana għal 20 punt u li jirrifjutaw li jinkluduh fil-lista ta’ uffiċjali promossi għall-grad A 4 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2003 huma annullati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 284, 20.11.2004.
Full & Egal Universal Law Academy