8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/34
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Strack vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-394/04) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2003 - Attribuzzjoni ta' punti ta' prijorità - Rifjut ta' promozzjoni’)
(2008/C 64/53)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Guido Strack (Wasserliesch, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Mosar, sussegwentement F. Gengler u P. Goergen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: G. Berscheid u H. Krämer, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
Talba għall-annullament tal-proċedura ta' promozzjoni li saret fir-rigward tar-rikorrent għas-sena 2003, ta' l-attribuzzjoni tal-punti magħmula fil-kuntest ta' din il-proċedura kif ukoll tad-deċiżjoni sussegwenti li r-rikorrent ma jiġix promoss.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni dwar l-attribuzzjoni tan-numru ta' punti ta' prijorità lil Guido Strack għall-proċedura ta' promozzjoni għas-sena 2003 kif ukoll dik li ma jiġix promoss matul din il-proċedura hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni hi kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 300, 4.12.2004.
Full & Egal Universal Law Academy