3.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2010 — Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-425/04, T-444/04, T-450/04 u T-456/04) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Miżuri finanzjarji favur France Télécom - Proġett ta’ self minn azzjonist - Dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ membru tal-Gvern Franċiż - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-ikrupru tagħha - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Riżorsi tal-Istat - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
2010/C 179/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues, R. Abraham u S. Ramet, sussegwentement E. Belliard, M. de Bergues u S. Ramet, u fl-aħħar E. Belliard, M. de Bergues, A.-L. Vendrolini u J.-C. Niollet, aġenti) (Kawża T-425/04); France Télécom SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Gosset-Grainville u S. Hautbourg, sussegwentement S. Hautbourg, avukati) (Kawża T-444/04); Bouygues SA (Pariġi); Bouygues Télécom SA (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J. Vogel, F. Sureau, D. Théophile u J. Blouet Gaillard, avukati) (Kawża T-450/04); u Association française des opérateurs de réseaux et services de télécommunications (AFORS Télécom) (Pariġi) (rappreżentanti: O. Fréget, F. Herrenschmidt, M. Struys u L. Eskenazi, avukati) (Kawża T-456/04)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito u J. Buendía Sierra, sussegwentement C. Giolito u D. Grespan, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, A. L. Vendrolini u J.-C. Niollet, fil-Kawża T-450/04, u M. de Bergues fil-Kawża T-456/04, aġenti) (Kawżi T-450/04 u T-456/04); Bouygues SA (Pariġi); Bouygues Télécom SA (Boulogne-Billancourt) (rappreżentanti: J. Vogel, F. Sureau, D. Théophile u J. Blouet Gaillard, avukati) (Kawża T-444/04); u France Télécom SA (Pariġi) (rappreżentanti: inizjalment A. Gosset Grainville u S. Hautbourg, sussegwentement S. Hautbourg, avukati) (Kawżi T-450/04 u T-456/04)
Suġġett
Talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom, huwa annullat.
(2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/621.
(3)
Fil-Kawżi T-425/04 u T-444/04, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Franċiża u minn France Télécom SA.
(4)
Fil-Kawżi T-425/04 ut T-444/04, Bouygues SA u Bouygues Télécom SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(5)
Fil-Kawża T-450/04, Bouygues u Bouygues Télécom għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.
(6)
Fil-Kawża T-450/04, il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(7)
Fil-Kawża T-456/04, l-Association française des opérateurs de réseaux et services de télécommunications (AFORS Télécom) u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(8)
Fil-Kawżi T-450/04 u T-456/04, ir-Repubblika Franċiża u France Télécom għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 19, 22.01.2005.
Full & Egal Universal Law Academy