15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/43
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2008 — Trubowest Handel u Makarov vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-429/04) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Taxxi kontra d-dumping - Regolament kontra d-dumping - Spejjeż ta' avukat sostnuti fuq livell nazzjonali - Inammissibbiltà - Danni materjali u dannu morali - Ness ta' kawżalità)
(2008/C 209/74)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Trubowest Handel GmbH (Cologne, il-Ġermanja) u Viktor Makarov (Cologne) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u E. Petritsi, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat) u Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Khan u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Rikors għal danni skond l-Artikolu 288 KE intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu allegatament subit minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 tas-17 ta' Novembru 1997, li jimponi taxxi kontra d-dumping fuq importazzjonijiet ta' ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċekka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 322, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Trubowest Handel GMbH u Victor Makarov huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostunti mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 31, 5.2.2005.
Full & Egal Universal Law Academy