6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 — Editions Jacob vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-452/04) (1)
(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Pubblikazzjoni Frankofona - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni bil-kundizzjoni ta’ ċessjoni mill-ġdid ta’ assi - Deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-akkwirent tal-assi ċeduti mill-ġdid - Rikors għal annullament ta’ akkwirent prospettiv li mhuwiex ikkunsidrat - Indipendenza tal-mandatarju - Regolament (KEE) Nru 4064/89)
2010/C 301/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Éditions Odile Jacob SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: W. van Weert, O. Fréget, M. Struys, M. Potel u L. Eskenazi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Whelan, O. Beynet, A. Bouquet u F. Arbault, sussegwentement minn A. Bouquet u O. Beynet, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2004) D/203365, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ Nru COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP) (ĠU L 125, p. 54).
Dispożittiv
(1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2004) D/203365, tat-30 ta’ Lulju 2004, dwar l-approvazzjoni ta’ Wendel Investissement bħala akkwirenti tal-assi ċeduti skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/422/KE, tas-7 ta’ Jannar 2004, li tiddikjara operazzjoni ta’ konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ Nru COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP), hija annullata.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea u Lagardère SCA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti minn Éditions Odile Jacob SAS.
(3)
Wendel Investissement għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 45, 19.02.2005.
Full & Egal Universal Law Academy