6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/27
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Ottubru 2008 — Camar vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-457/04 u T-223/05) (1)
(“Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Miżuri tranżitorji - Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 - Sentenza li tikkonstata n-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni - Rifjut li teżegwixxi sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Rikors għal annullament - Talba sabiex tiġi ordnata l-eżekuzzjoni tas-sentenza permezz tal-ħlas tal-ammonti ekwivalenti - Kumpens għad-dannu morali - Astensjoni illegali mill-Kummissjoni - Rikors għad-danni - Interruzzjoni tat-terminu ta' preskrizzjoni - Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà’)
(2008/C 313/46)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Camar Srl (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: W. Viscardini, S. Donà u M. Paolin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment L. Visaggio, imbagħad F. Clotuche-Duvieusart, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Għal dak li jikkonċerna l-kawża T-457/04, fl-ewwel lok, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' rifjut tal-Kummissjoni li teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T-79/96, T-260/97 u T-117/98, Ġabra p. II-2193), li tinsab fl-ittra tal-10 ta' Settembru 2004, fit-tieni lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill, iċċitata iktar 'il fuq, billi tħallas l-ammonti ekwivalenti għall-valur taċ-ċertifikati mhux maħruġa u, fit-tielet lok, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-dannu morali, u għal dak li jikkonċerna l-kawża T-223/05, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas kumpens, bħala riżultat tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea, għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-“Agrikoltura” tal-10 ta' Settembru 2004, li tirrifjuta li teżegwixxi l-punt (1) tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Ġunju 2000, Camar u Tico vs Il-Kummissjoni u Il-Kunsill (T-79/96, T-260/97 u T-117/98, Ġabra p. II-2193) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors fil-kawża T-457/04 huwa miċħud bħala infondat.
3)
Ir-rikors fil-kawża T-223/05 huwa miċħud bħala inammissibbli.
(1) ĠU C 31, 5.2.2005.
Full & Egal Universal Law Academy