7.2.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/25
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 — HEG u Graphite India vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-462/04) (1)
(“Politika kummerċjali komuni - Dazji kontra d-dumping - Dazji kompensatorji - Importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja - Drittijiet tad-difiża - Trattament ugwali - Determinazzjoni tal-ħsara - Rabta kawżali’)
(2009/C 32/46)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorreni: HEG Ltd (New Delhi, l-Indja) u Graphite India (Kolkata, l-Indja) (rappreżentanti: irrappreżentata inizjalment minn K. Adamantopoulos, avukat, u J. Branton, solicitor, sussegwentement minn J. Branton)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrish, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004, tat-13 ta' Settembru 2004, li jimponi taxxa kompensatorja definittiva [dazju kompensatorju definittiv] u li jiġbor definittivament it-taxxa provviżorja imposta [id-dazju provviżorju impost] fuq l-importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, p. 4) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 tat-13 ta' Settembru 2004, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, p. 10).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
HEG Ltd u Graphite India Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kunsill.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 69, 19.3.2005.
Full & Egal Universal Law Academy