25.10.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 272/16
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Settembru 2008 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-465/04) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Provvista ta' servizzi ta' l-informatika u provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd - Ċaħda ta' l-offerta ta' offerent - Obbligu ta' motivazzjoni’)
(2008/C 272/28)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel K. Banks, wara M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta' Settembru 2004, li ma taċċettax l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' l-informatika u tal-provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta' informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tas-Sajd, u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti “FISH/2004/02” hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 57, 5.3.2005.
Full & Egal Universal Law Academy