24.1.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 19/24
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Karatzoglou vs AER
(Kawża T-471/04) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rinviju lill-Qorti tal-Prim'Istanza wara annullament - Terminazzjoni ta' kuntratt - Obbligu ta' motivazzjoni - Abbuż ta' poter - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba)
(2009/C 19/43)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Georgios Karatzoglou (Préveza, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea ghar-Rikostruzzjoni (AER) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-AER tat-26 ta' Frar 2004 li tterminat il-kuntratt ta' impjieg tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
G. Karatzoglou u l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (AER) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom għas-sottomissjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Prim'Istanza.
(1) ĠU C 57, 5.3.2005.
Full & Egal Universal Law Academy