24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/32
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' April 2008 — Michail vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-486/04) (1)
(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għal annullament - Obbligu ta' għajnuna - Abbuż psikoloġiku’)
(2008/C 128/68)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christos Michail (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Meïdanis, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u H. Tserepa-Lacombe, aġenti, assistiti l-ewwel minn V. Kasparian u wara minn I. Antypas, avocats)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda mill-Kummissjoni, fl-20 ta' Marzu 2004, ta' talba għal għajnuna mressqa mir-rikorrent skond l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
C. Michail għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.
3)
Il-Kummissjoni għandha tbati, barra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż ta' C. Michail.
(1) ĠU C 57, 5.3.2005.
Full & Egal Universal Law Academy