5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/31
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Mejju 2008 — Belfass vs Il-Kunsill
(Kawża T-495/04) (1)
(“Kuntratti pubbliċi ta' servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti Komunitarja - Żball materjali manifest - Għoti lill-offerta bl-aħjar valur għall-flus maħruġin - Offerta anormalment baxxa - Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Eċċezzjoni ta' illegalità - Dokumenti tal-kuntratt - Ammissibbiltà’)
(2008/C 171/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Belfass SPRL (Forest, il-Belgju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, agenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-13 ta' Ottubru 2004, li tirrifjuta ż-żewġ offerti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti UCA-033/04 u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Kunsill.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tat-13 ta' Ottubru 2004 li jirrifjuta l-offerti ta' Belfass SPRL fil-kuntest tal-proċedura ta' sejħa għal offerti UCA-033/04, hija annullata safejn hija tirrifjuta l-offerta ta' Belfass fir-rigward tal-lott Nru 2.
2)
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 57, 5.3.2005.
Full & Egal Universal Law Academy