22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/35
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Jacobs vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-131/04) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni’)
(2008/C 301/58)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luc Jacobs (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2003 li bidlet il-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad B4, it-tieni skala, u li tiffissa l-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjoni tibda tipproduċi l-effetti pekunjarji tagħha u li ma terġax tistabbilixxi l-karriera fil-grad tar-rikorrent u talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat b'din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 118, 30.4.2004.
Full & Egal Universal Law Academy