5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/33
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Mejju 2008 — TF1 vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-144/04) (1)
(“Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkwalifika ċerti miżuri adottati mir-Repubblika Franċiża favur France 2 u France 3 bħala għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq komuni - Terminu tar-rikors - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà’)
(2008/C 171/60)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: TF1 Télévision française 1 SA (TF1) (Nanterre, Franza) (rappreżentanti: J.P. Hordies u C. Smits, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, N. Niejhar u C. Giolito, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/838/KE, ta' l-10 ta' Diċembru 2003, dwar l-għajnuniet mill-Istat adottati minn Franza favur France 2 u France 3 (ĠU 2004, L 361, p. 21).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Télévision française 1 SA (TF1) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 168, 26.6.2004.
Full & Egal Universal Law Academy