15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/21
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2009 — Il-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-258/04) (1)
(“Rikors għal annullament - Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Punt ta’ tluq - Tardività - Inammissibbiltà”)
2009/C 193/33
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn J. Pietras, u E. Ośniecka-Tamecka, sussegwentement minn T. Nowakowski, u fl-aħħar minn M. Dowgielewicz, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment minn L. Visaggio u A. Stobiecka-Kuik, sussegwentement minn T. van Rijn, L. Visaggio u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentant: P. Kliridis, aġent)
Suġġett
Annullament tal-Artikoli 5, 6(1) sa (3), 7(1) u 8(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’ Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja [fl-Unjoni Ewropea] (ĠU L 9, p. 8).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
3)
Ir-Repubblika ta' Ċipru għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 251, 9.10.2004.
Full & Egal Universal Law Academy