22.11.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 301/35
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 — Tachelet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-293/04) (1)
(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok għal deċiżjoni’)
(2008/C 301/59)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Guy Tachelet (Rijmenam, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Settembru 2003 rigward bidla fil-klassifikazzjoni ta' grad tar-rikorrent, sa fejn hija tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskala, fid-data tal-ħatra, għall-grad B 4, it-tieni skala, u sa fejn hija ma stabbilixietx lir-rikorrent mill-ġdid fil-karriera u talba għall-annullament tad-deċiżjoni rigward rifjut tal-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens tal-allegat dannu li jirriżulta minn din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
M'għadx hemm lok li tittieħed deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 262, 23.10.2004.
Full & Egal Universal Law Academy