12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/27
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Jannar 2008 — Efkon vs Il-Parlament u l-Kunsill
(Kawża T-298/04) (1)
(“Rikors għal annullament - Direttiva 2004/52/KE - L-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà’)
(2008/C 92/55)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Efkon AG (Graz-Andritz, L-Awstrija) (rappreżentanti: l-ewwel G. Zanger, wara M. Novak, avukati)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u A. Neergaard, aġenti) u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropeja (rappreżentanti: A. Lopes Sabino u M. Bauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament totali, jew sussidjarjament, parzjali, tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/52/KE, tad-29 ta' April 2004, dwar l-interoperabilità ta' sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (ĠU L 166, p. 124, corrigendum fil-ĠU L 200, p. 50).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Efkon AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill.
3)
Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 262, 23.10.2004.
Full & Egal Universal Law Academy