5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/34
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' April 2008 — Maison de l'Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-302/04) (1)
(“Klawżola ta' arbitraġġ - Ħolqien ta' info point Europe - Ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti - Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Rikors manifestament infondat’)
(2008/C 171/61)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maison de l'Europe Avignon Méditerranée (Avignon, Franza) (rappreżentant: F. Martineau, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-F. Pasquier u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
Rikors ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti s-somma totali ta' EUR 394 066,76 minħabba l-allegat nuqqas tagħha milli twettaq l-obbligi kuntrattwali li jirriżultaw mill-ftehim dwar il-ħolqien ta' info point Europe f'Avignon.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Maison de l'Europe Avignon Méditerranée hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 262, 23.10.2004.
Full & Egal Universal Law Academy