5.7.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 171/34
Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Mejju 2008 — SNIV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-327/04) (1)
(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Terminu għal preżentata ta' rikors - Punt ta' tluq - Pubblikazzjoni ta' komunikazzjoni qasira fil-Ġurnal Uffiċjali - Sit Internet - Inammissibbiltà’)
(2008/C 171/62)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Syndicat national de l'industrie des viandes (SNIV) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: N. Coutrelis u S. Henneresse, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 936 finali, tat-30 ta' Marzu 2004, dwar il-miżuri ta' għajnuna kkunsidrati mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jiffinanzjaw is-servizz pubbliku tat-tqattigħ tal-karkassi (Għajnuna mill-Istat Nru 515/2003 — Franza).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Is-Syndicat national de l'industrie des viandes (SNIV) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni.
3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 273, 6.11.2004.
Full & Egal Universal Law Academy