29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/37
Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Ġunju 2009 — Impala vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-464/04) (1)
(“Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni - Impriża komuni Sony BMG - Nuqqas ta’ suġġett tal-kawża - M’hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
2009/C 205/69
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Independent Music Publishers and Labels Association (Impala, association internationale) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Crosby u J. Golding, solicitors, u I. Wekstein, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis u K. Mojzesowicz, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Bertelsmann AG (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Chappatte u J. Boyce, solicitors); Sony BMG Music Entertainment BV (Vianen, l-Olanda); u Sony Corporation of America (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Levy, barrister, R. Snelders u T. Graf, avukati)
Suġġett
L-annullament tad-Deċiżjoni 2005/188/KE tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Lulju 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni bħala kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.3333 — Sony/BMG) (ĠU 2005, L 62, p. 30).
Dispożittiv
1)
M’hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha, quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza u kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
(1) ĠU C 6, 8.1.2005.
Full & Egal Universal Law Academy