Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 – Arch Chemicals et vs Il‑Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-75/04 u T-77/04 sa T-79/04)
“Rikors għal annullament – Spezzjonijiet sanitarji – Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidiċi – Regolament (KE) Nru 2032/2003 – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Possibbiltà li persuna tkun ikkonċernata individwalment minn deċiżjoni ta’ natura ġenerali - Kundizzjonijiet - Regolament tal-Kummissjoni intiż li jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-eżami tas-sustanzi attivi eżistenti kollha - Rikors ippreżentat minn produtturi ta’ sustanzi attivi - Assenza ta’ interess individwali – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2032/2003) (ara l-punti 47-51, 57-59, 62, 63)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-Artikolu 3, tal-Artikolu 4(2), tal-Artikolu 5(3), tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2), tal-Artikolu 11(3), tal-Artikolu 13, tal-Artikolu 14(2) u tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidiċi fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 92).
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Arch Chemicals, Inc., Arch Timber Protection Ltd, Rhodia UK Ltd, Sumitomo Chemical (UK) plc u Troy Chemical Co. BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi, fir-rigward ta’ Sumitomo Chemical (UK) plc, dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3)
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-European Chemical Industry Council (CEFIC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
Full & Egal Universal Law Academy