Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2011 – Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill
(Kawża T-199/04)
“Dumping – Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan – Dannu – Rabta kawżali”
1. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Dannu - Stabbiliment tar-rabta kawżali - Obbligi tal-istituzzjonijiet - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping - Tħassir tad-dazji antidumping preċedenti u tad-dazji doganali ordinarji fil-kuntest tas-sistema ta’ preferenzi tariffarji ġġeneralizzati - Inklużjoni (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994, “Kodiċi Antidumping tal-1994”, Artikolu 3.5; Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 3(6) u (7), u Nru 1225/2009, Artikolu 3(6) u (7)) (ara l-punti 53, 55-61, 68, 69, 83)
2. Dritt tal-Unjoni - Interpretazzjoni - Metodi - Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità - Interpretazzjoni tar-Regolament Nru 384/96 fid-dawl tal-Kodiċi Antidumping tal-GATT tal-1994 (Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994, “Kodiċi Antidumping tal-1994”; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96) (ara l-punt 54)
3. Politika kummerċjali komuni - Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping - Dannu - Stabbiliment tar-rabta kawżali - Obbligi tal-istituzzjonijiet - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping - Ħtieġa ta’ evalwazzjoni globali (Regolamenti tal-Kunsill Nru 384/96, Artikolu 3(6) u (7) u 17(3), u Nru 1225/2009) (ara l-punti 75-81)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 26), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004, li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan, huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Gul Ahmed Textile Mills Ltd.
2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti minn Gul Ahmed Textile Mills.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy