Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Novembru 2008 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/04)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Għajnuna għat-trasformazzjoni tat-tadam u għall-produzzjoni taż-żejt taż‑żebbuġa”
1. Agrikoltura – FAEGG – Clearance ta’ kontijiet – Proċedura (ara l-punti 38‑39)
2. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas‑suġġett tal-kawża – Sunt tal-motivi invokati (Regolament tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1(c)) (ara l-punt 41)
3. Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums (Artikolu 10 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 8(1), u Nru 1258/1999, Artikolu 8(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 504/97, Artikolu 15(1) (ara l-punti 51-55)
4. Agrikoltura – FAEGG – Clearance ta’ kontijiet – Rifjut ta’ responsabbiltà għall-ħlas ta’ nfiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (ara l-punti 56-58, 65, 98)
5. Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ (ara l- punt 93)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/536/KE, tat-22 ta’ Lulju, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 184, p. 42), sa fejn din teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika tal-Italja taħt is-snin finanzjarji 1999 sa 2002.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika tal-Italja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy