Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Frar 2008 – Citigroup vs UASI – Link Interchange Network (WORLDLINK)
(Kawża T-325/04)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WORLDLINK – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LiNK – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Limitazzjoni tas-servizzi indikati fl-applikazzjoni għal trade mark – Identiċità tas-servizzi – Xebh bejn is-sinjali – Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja –Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probbabiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 95-96, 101)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-18 ta’ Mejju 2004 (Każ R 789/2002-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Link Interchange Network Ltd u Citigroup, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Citigroup, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali WORLDLINK għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36 – Applikazzjoni Nru 111880
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Link Interchange Network Ltd
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark figurattiva LiNK għal servizzi fil-klassi 36
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Applikazzjoni miċħuda għar-reġistrazzjoni għas-servizzi segwenti fil-klassi 36: każijiet finanzjarji u monetarji
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Citigroup, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy