Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2007 – Bouychou vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-344/04)
“Responsabbilità mhux kuntrattwali – Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lill-kumpannija Stardust Marine – Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Natura kumulattiva – Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 33-34, 40-43)
Suġġett
Talba għal kumpens tad-dannu allegatament ikkawżat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/513/KE, tat-8 ta’ Settembru 1999, dwar l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-impriża Stardust Marine, irrappreżentata minn Denis Bouychou, bħala amministratur għall-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ ċessjoni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.
Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy