Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ April 2008 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-364/04)
“FAEGG – Taqsima Garanzija – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex – Primjums għall-annimali – Terminu ta’ 24 xahar”
1. Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex – Għajnuna għall-produzzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2201/96, Artikolu 2; Regolament tal-Kummissjoni Nru 504/97, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 32-33, 57-62, 74, 76)
2. Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Finanzjament mill-FAEGG – Prinċipji (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 3(1) u Nru 1258/1999, Artikolu 2(2)) (ara l-punti 35-39, 54-56)
3. Agrikoltura – FAEGG – Clearance tal-kontijiet (Regolamenti tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2)(ċ), u Nru 1258/1999, Artikolu 7(4)(5); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2245/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 44-45, 87, 98-107, 122, 127, 135, 145)
4. Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Regolamenti – Regolament li jistabbilixxi miżuri speċifiċi ta’ kontroll (ara l-punti 128-129)
5. Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll li tirrigwarda ċerti skemi ta’ għajnuna (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1760/2000; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 3887/92, Artikolu 6(6a) u Nru 2629/97, Artikolu 8) (ara l-punti 157, 159)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/561/KE, tas-16 ta’ Lulju 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima Garanzija (ĠU L 250 p. 21), safejn din teskludi ċerti spejjeż magħmula mir-Repubblika Ellenika fis-setturi ta’ prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex u ta’ primjums għall-annimali.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy