Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-381/04)
“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Primjums għall-annimali u żvilupp rurali – Nuqqasijiet fis-sistema nazzjonali ta’ tmexxija u ta’ kontroll”
1. Atti tal-Istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet fir-rigward tal-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 253 KE) (ara l-punt 60)
2. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(1)(c)) (ara l-punti 67, 68, 73, 74)
3. Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Sistema integrata ta’ tmexxija u ta’ kontroll relatata ma’ ċerti skemi ta’ għajnuna – Regolament Nru 2988/95 (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikoli 1, 2 u 7) (ara l-punti 80-84)
4. Agrikoltura – FAEGG – Clearance tal-kontijiet – Rifjut li tittieħed responsabbiltà għall-ħlas tal-infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 95, 96, 127, 136, 137, 142)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/561/KE, tas-16 ta’ Lulju 2004, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija” (ĠU L 250, p. 21), sa fejn hija teskludi ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-primjums għall-annimali u tal-iżvilupp rurali.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy