Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011 – Arch Chemicals et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-400/04, T-402/04 sa T-404/04)
“Spezzjonijiet sanitarji – Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidiċi – Identifikazzjoni tas-sustanzi attivi fis-suq – Deċiżjoni li tirrifjuta li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Obbligu li tittieħed azzjoni – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Ordni indirizzata lil istituzzjoni - Inammissibiltà - Talba għall-konstatazzjoni ta’ astensjoni illegali - Ammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punt 40)
2. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Obbligu tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni - Termini raġonevoli sabiex tingħata tweġiba għal stedina sabiex tittieħed azzjoni - Illegalità ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni - Obbligu tal-Kummissjoni li temendahom - Assenza - Obbligu li ma jirriżulta minn ebda dispożizzjoni jew prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (Artikoli 211 KE u 232 KE) (ara l-punti 57, 59, 60, 65-67)
3. Rikors għal annullament - Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ rifjut ta’ rtirar jew ta’ emenda ta’ att preċedenti - Ammissibbiltà li għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-possibbiltà li jiġi kkontestat l-att inkwistjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 79, 86)
Suġġett
Minn naħa, prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni sa fejn din tal-aħħar illegalment naqset milli temenda ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000, tas-7 ta’ Settembru 2000, fuq l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 266), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidiċi fis-suq, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 92), sussidjarjament, talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2004, li tirrifjuta li tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, prinċipalment, talba għall-kumpens tad-danni li allegatament ġarrbu r-rikorrenti minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni u, sussidjarjament, talba għall-kumpens tad-danni kkawżati mill-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2004.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Arch Chemicals, Inc., Arch Timber Protection Ltd, Rhodia UK Ltd, Sumitomo Chemical (UK) plc u Troy Chemical Co. BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy