Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2007 – Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI (Caipi)
(Kawża T-405/04)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Caipi – Raġunijiet assoluti għal rifjut − Karattru deskrittiv − Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
1. Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 38, 39)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-6 ta’ Awwissu 2004 (Każ R 912/2002-2), li tirrigwarda r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Caipi bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant tat-trade mark Komunitarja:
Borco-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Caipi għal prodotti fil-klassi 33 – applikazzjoni Nru 2655667
Deċiżjoni ta’ l-Eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy