Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008 – Trubowest Handel u Makarov vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-429/04)
“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dazji antidumping – Regolament antidumping (KE) Nru 2320/97 – Spejjeż ta’ avukat sostnuti fuq livell nazzjonali – Inammissibbiltà – Danni materjali u dannu morali – Rabta kawżali”
1. Rikors għad-danni - Suġġett - Talba għad-danni mressqa kontra l-Komunità abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja - Stħarriġ tan-natura tar-rikors - Talba għar-rimbors tad-dazji antidumping imħallsa skont regolament Komunitarju allegatament illegali - Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali (Is-subparagrafu (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 234 KE, Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 243 sa 246) (ara l-punti 43, 45, 47, 48, 51, 54, 56, 63, 66, 70-73, 114, 115)
2. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Rabta kawżali - Oneru tal-prova - Ksur tar-rabta kawżali minħabba l-aġir żbaljat tar-rikorrent (Artikoli 235 KE u 288 KE) (ara l-punti 100-103, 113-117, 121-124, 126-134)
Suġġett
Rikors għad-danni skont l-Artikolu 288 KE, intiż sabiex jiġi kkumpensat id-dannu allegatament subit minħabba l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2320/97 tas-17 ta’ Novembru 1997, li jimponi taxxi kontra d-damping [antidumping] fuq importazzjonijiet ta’ ċertu pajpijiet seamless u tubi tal-ħadid jew non-alloy steel li joriġinaw mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Russja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u r-Repubblika Slovakka, li jħassar Regolament (KEE) Nru 1189/93 u li jtemm il-proċeduri dwar dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 322, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Trubowest Handel GMbH u Victor Makarov huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy