Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2007 – Il-Kummissjoni vs Trends
(Kawża T-448/04)
“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ir-raba’ programm qafas fir-rigward ta’ azzjonijiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni – Kuntratti dwar proġetti fil-qasam ta’ l-applikazzjonijiet telematiċi ta’ interess komuni – Nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn u non-konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati – Ħlas lura tas-somom imħallsa”
1. Proċedura – Terminu għall-produzzjoni tal-provi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 48(1) u 66(2)) (ara l-punti 52, 56)
2. Proċedura – Kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 238 KE; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1110/94; Deċiżjoni tal-Kunsill 94/801) (ara l-punti 63-64, 91-94)
Suġġett
Talba tal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 238 KE, intiża sabiex Trends tiġi kkundannata tħallas lura lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 48 046, flimkien ma’ l-interessi kuntrattwali jew, sussidjarjament, flimkien ma’ l-interessi għal dewmien.
Dispożittiv
1)
It-talba inċidentali hija miċħuda.
2)
Transport Environment Development Systems (Trends) hija kkundannata tħallas is-somma ta’ EUR 48 046 lill-Kummissjoni, flimkien ma’ l-interessi għal dewmien b’rata annwali ta’ 5, 50 % li jiddekorru mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-ħlas komplut tad-dejn.
3)
Trends għandha tbati l-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy