Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Capela & Irmãos (VOGUE)
(Kawża T-481/04)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VOGUE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal – Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord ta’ l-Appell – Portata ta’ l-eżami mwettaq mill-Bord ta’ l-Appell”
1. Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ appell (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(2)) (ara l-punti 20-21)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-27 ta’ Settembru 2004 (Każ R 328/2003-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Capela & Irmãos, L da u Advance Magazine Publishers, Inc.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Advance Magazine Publishers, Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali VOGUE għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 18, 25 u 41 – applikazzjoni Nru 183756
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
J. Capela & Irmãos, Lda
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Trade mark verbali nazzjonali VOGUE Portugal għal prodotti fil-klassi 25 u isem kummerċjali VOGUE – SAPATARIA
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni:
Trade mark Komunitarja rrifjutata għall-prodotti kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-27 ta’ Settembru 2004 (Każ R 328/2003-2) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Advance Magazine Publishers, Inc.
Full & Egal Universal Law Academy