SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (L-Ewwel Awla)
16 ta’ April 2008
Kawża T-486/04
Christos Michail
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għal annullament – Obbligu ta’ assistenza – Fastidju psikoloġiku”
Suġġett: Rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda mill-Kummissjoni, ta’ l-20 ta’ Marzu 2004, ta’ talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent skond l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Christos Michail għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu. Minbarra l-ispejjeż tagħha, il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż ta’ C. Michail.
Sommarju
Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Kunċett
Uffiċjal li jallega li huwa vittma ta’ fastidju psikoloġiku għandu, indipendentement mill-perċezzjoni suġġettiva li seta’ kellu tal-fatti minnu allegati, iressaq provi li jippermettu li jiġi stabbilit li huwa ġie suġġett għal aġir intiż, b’mod oġġettiv, sabiex jiskreditah jew sabiex deliberatament jiddegrada l-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħu, jiġifieri aġir li huwa, b’mod oġġettiv, ta’ natura intenzjonali.
(ara l-punti 62 u 63)
Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 23 ta’ Frar 2001, De Nicola vs BEI, T‑7/98, T‑208/98 u T‑109/99, ĠabraSP p. I‑A‑49 u II‑185, punt 286; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 4 ta’ Mejju 2005, Schmit vs Il-Kummissjoni, T‑144/03, ĠabraSP p. I‑A‑101 u II‑465, punti 64 u 65
Full & Egal Universal Law Academy