Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Mejju 2007 – Merant vs UASI – Focus Magazin Verlag (FOCUS)
(Kawża T-491/04)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali FOCUS – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti MICRO FOCUS – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)( b)) (ara l-punti 47-65)
Suġġett
Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2004 (każ R 542/2002-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merant GmbH u Focus Magazin Verlag GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
L-applikant għat-trade mark Komunitarja:
Focus Magazin Verlag GmbH
It-trade mark Komunitarja kkonċernata:
It-trade mark verbali FOCUS għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 32, 33, 35, 36, 38, 39, 41, 42 - applikazzjoni Nru 453720
Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
Merant GmbH
It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:
It-trade mark figurattiva internazzjonali MICRO FOCUS għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 41 u 42
Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:
Appell ta’ Focus Magazin Verlag GmbH milqugħ u ċaħda ta’ l-oppożizzjoni magħmula minn Merant GmbH
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Ottubru 2004 (kawża R 542/2002-2) hija annullata.
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti, Merant GmbH.
L-intervenjenti, Focus Magazin Verlag GmbH, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy