Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2008 – Nortrail Transport vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-496/04)
“Unjoni doganali − Operazzjoni ta’ tranżitu Komunitarju estern − Prodotti tas-sajd min-Norveġja − Talba għal ħlas lura u remissjoni ta’ dazji fuq l-importazzjoni − Klawżola ta’ ekwità − Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u Nru 2454/93 – Ċirkustanzi speċjali – Ftuħ retroattiv ta’ kwoti tat-tariffa”
Riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej - Ħlas lura jew remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni - Klawżola ta’ ekwità stabbilita mill-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u mill-Artikolu 905 tar-Regolament ta’ implementazzjoni tiegħu Nru 2454/93 - “Sitwazzjoni partikolari” (Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat konġunt KE-Norveġja, Artikolu 17(7); Regolamenti tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 239, Nru 992/95 u Nru 3061/95, Artikolu 2; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 905(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 95/312, Artikolu 5 u Anness I) (ara l-punti 40-44, 48, 51, 53, 54, 58, 59, 61, 64-69)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni REM 15/02, tal-1 ta’ Ottubru 2004, li tikkonstata li l-ħlas lura tad-dazji fuq l-importazzjoni favur ir-rikorrenti, kif mitlub mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mhuwiex iġġustifikat.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nortrail Transport GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy