DIGRIET TAL-QORTI TAL-PRIM’ISTANZA (Il-Ħames Awla)
14 ta’ Mejju 2007
Kawża T-112/04
Manuel Ruiz Sanz et
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ l-iżvilupp tal-karriera – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002 – Rikors manifestament inammissibbli u manifestament mingħajr bażi ġuridika”
Suġġett: Rikors li għandu bħala suġġett talba għall-annullament, prinċipalment, tal-proċedura ta’ evalwazzjoni 2001/2002, f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti u, b’mod sussidjarju, tar-rapporti ta’ l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għal dan l-eżerċizzju.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u, għall-bqija, bħala manifestament mingħajr bażi ġuridika. Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.
Sommarju
Uffiċjali – Rikors – Invokazzjoni ta’ argumenti identiċi u preżentazzjoni ta’ elementi ta’ prova identiċi jew ta’ l-istess natura bħal dawk ippreżentati f’rikorsi oħra preċedentement miċħuda bħala inammissibbli u infondati – Rikors manifestament inammissibbli u infondat
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 111; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 43)
Full & Egal Universal Law Academy