Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Mejju 2008 – SNIV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-327/04)
“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Punt ta’ tluq – Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni qasira fil-Ġurnal Uffiċjali – Sit Internet – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament – Termini – Punt ta’ tluq – Data tal-pubblikazzjoni – Data li fiha r-rikorrent isir jaf bl-at t– Natura sussidjarja (Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 21-22, 25-27, 34)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 936 finali, tat-30 ta’ Marzu 2004, dwar il-miżuri ta’ għajnuna previsti mill-awtoritajiet Franċiżi sabiex jiffinanzjaw is-servizz pubbliku tat-tqattigħ tal-karkassi (Għajnuna mill-Istat Nru 515/2003 - Franza).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Is-Syndicat national de l’industrie des viandes (SNIV) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni.
3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy