15.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 209/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta' Lulju 2008 — Ir-Renju ta' l-Iżvezja, Maurizio Turco vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawżi maqgħuda C-39/05 P et C-52/05 P) (1)
(Appell - Aċċess għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Pariri legali)
(2008/C 209/02)
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Ir-Renju ta' l-Iżvezja [rappreżentanti: K. Wistrand u A. Falk, aġenti], Maurizio Turco [rappreżentanti: O. Brouwer u C. Schillemans, avocaten]
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Renju ta' l-Olanda [rappreżentanti: H. G. Sevenster, C. M. Wissels u M. de Grave, aġenti]
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-partijiet l-oħra fil-kawża Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-C. Piris, M. Bauer u B. Driessen, aġent), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh, aġent), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: A.. Guimaraes-Purokoski u J. Heliskoski, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: V. Jackson, S. Nwaokolo u T. Harris, aġenti, u J. Stratford, barrister), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Petite, C. Docksey u P. Aalto, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) tat-23 ta' Novembru 2004, Turco vs Il-Kunsill (T-84/03), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors T-84/03 intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tirrifjuta parzjalment it-talba mressqa minn M. Turco sabiex jingħata l-aċċess għal ċerti dokumenti li jidhru fl-aġenda ta' l-2455 laqgħa tal-Kunsill tal-Ġustizzja u Affarijiet Interni ta' l-14 u l-15 ta' Ottubru 2002
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta' Novembru 2004, Turco vs Il-Kunsill (T-84/03), hija annullata sa fejn tikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Diċembru 2002, li tiċħad lil M. Turco l-aċċess għall-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill Nru 9077/02, dwar abbozz ta' direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards minimi sabiex jintlaqgħu l-applikanti għal ażil fl-Istati Membri, u sa fejn tikkundanna lil M. Turco u lill-Kunsill ibatu kull wieħed nofs l-ispejjeż.
2)
Id-deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea tad-19 ta' Diċembru, li tiċħad lil M. Turco l-aċċess għall-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill Nru 9077/02 hija annullata.
3)
Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mir-Renju ta' l-Iżvezja fil-kuntest ta' proċedura ta' appell kif ukoll dawk sostnuti minn M. Turco fil-kuntest kemm ta' din il-proċedura kif ukoll dik ta' l-ewwel istanza, li wasslet għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
4)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika tal-Finlanda, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati għall-appell.
5)
Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mal-proċedura ta' l-ewwel istanza.
(1) ĠU C 106, 30.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy