21.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 158/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-49/05 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Proċedura ta' investigazzjoni formali - Linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mogħtija mill-Istat għall-ħarsien ta' l-ambjent - Drittijiet tal-persuni interessati - Stedina sabiex jitressqu osservazzjonijiet - Artikolu 88(2) KE - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Skop ambjentali ta' l-investiment)
(2008/C 158/02)
Lingwa tal-proċedura: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Ferriere Nord SpA (rappreżentanti: W. Viscardini, G. Donà, avvocati)
Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: V. Di Bucci), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent, M. Fiorilli, avvocato dello Stato)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża) tat-18 ta' Novembru 2004, Ferriere Nord SpA vs Il-Kummissjoni (T-176/01) li tiċħad, minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/829/KE, KEFA, tat-28 ta' Marzu 2001, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Italja għandha l-intenzjoni tagħti lil Ferriere Nrod SpA (ĠU L 310, p. 22), li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni għajnuna nnotifikata bħala għajnuna favur il-protezzjoni ta' l-ambjent li r-reġjun awtonomu Friuli-Venezia Giulia (l-Italja) għandu l-intenzjoni li jagħti lill-appellanti fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja għall-investiment meħtieġ għall-akkwist ta' magna bir-rombli għall-manifattura ta' xbieki ta' l-azzar iwweldjat li tippermetti li jitnaqqsu l-istorbju u l-kwantità ta' skart prodott fil-forma ta' ossidu tal-ħadid u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni allegatament imġarrba mill-appellenti b'riżultat ta' l-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ferriere Nord SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 82, 2.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy