30.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 223/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. rl, Cantina Trexenta Soc. coop. rl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. rl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. rl, Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. rl Monti-Sassari
(Kawża C-51/05 P) (1)
(Appell - Organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid - Għajnuna għad-distillazzjoni - Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Terminu ta' preskrizzjoni - Mument meta jibda jiddekorri)
(2008/C 223/02)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u L. Visaggio, aġenti)
Il-partijiet l-oħra fil-kawża: Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. rl, Cantina Trexenta Soc. coop. rl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. rl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. rl, Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. rl Monti-Sassari (rappreżentanti: C. Dore u G. Dore, avvocati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Novembru 2004 fil-kawża T-166/98, Cantina sociale di Dolianova Soc. Coop. rl et vs Il-Kummissjoni li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza kkundannat lill-Kummissjoni sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti b'riżultat tad-Deċiżjoni Nru VI B-1-3 M 4/97PVP, tal-31 ta' Lulju 1998, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti dwar il-ħlas ta' għajnuna għad-distillazzjoni għas-sena 1982/1983
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-23 ta' Novembru 2004, Cantina sociale di Dolianova et vs Il-Kummissjoni (T-166/98), għandha tiġi annullata safejn tiddikjara ammissibbli l-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mibdija mill-Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. arl, Cantina Trexenta Soc. coop. arl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. arl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. arl u Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. arl Monti-Sassari u tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab minnhom, b'konsegwenza tal-falliment tad-Distilleria Agricola Industriale de Terralba, minħabba n-nuqqas ta' mekkaniżmu li seta' jiggarantixxi, taħt is-sistema stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2499/82, tal-15 ta' Settembru 1982, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar id-distillazzjoni preventiva għas-sena ta' l-inbid 1982/83, il-ħlas lill-produtturi kkonċernati ta' l-għajnuna Komunitarja prevista f'dan ir-regolament.
2)
Ir-rikors fil-kawża T-166/98 huwa miċħud.
3)
Cantina sociale di Dolianova Soc. coop. arl, Cantina Trexenta Soc. coop. arl, Cantina sociale Marmilla — Unione viticoltori associati Soc. coop. arl, Cantina sociale S. Maria La Palma Soc. coop. arl u Cantina sociale del Vermentino Soc. coop. arl Monti-Sassari huma kkundannati għall-ispejjeż relatati ma' din l-istanza u ma' dik quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
(1) ĠU C 82, 2.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy