23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Ir-Renju ta' l-Iżvezja vs IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH, li qabel kienet Internationaler Tierschutz-Fonds (IFAW) GmbH, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Renju ta' l-Olanda, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-64/05 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Aċċess pubbliku għad-dokumenti ta' l-istituzzjonijiet - Dokumenti li ġejjin minn Stat Membru - Rifjut ta' dan l-Istat Membru li dawn id-dokumenti jiġu żvelati - Portata ta' l-Artikolu 4(5) ta' dan ir-Regolament)
(2008/C 51/07)
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta' l-Iżvezja (rappreżentant: K. Wistrand, aġent)
Parti intervenjenti in sostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: E. Bygglin u A. Guimaraes-Purokoski, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds gGmbH, li qabel kienet Internationaler Tierschutz-Fonds (IFAW) GmbH (rappreżentanti: S. Crosby, solicitor u R. Lang, avukat], Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: B. Weis Fogh, aġent), Ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentanti: H.G. Sevenster, C.M. Wissels u M. de Grave, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: S. Nwaokolo u V. Jackson, aġenti u J. Stratford, Barrister), Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Docksey u P. Aalto, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: I. del Cuvillo Contreras u A. Sampol Pucurull, aġenti)
Suġġett
Appell magħmul kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla Estiża), tat-30 ta' Novembru 2004, IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il-Kummissjoni (T-168/02), li tiċħad talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tiċħad talba mressqa minn IFAW skond ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1049/2001/KE, tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43), sabiex jingħata l-aċċess għal ċerti dokumenti ta' l-awtoritajiet Ġermaniżi li jinvokaw raġunijiet imperattivi, ta' interess pubbliku ta' importanza akbar sabiex isir diklassifikazzjoni ta' sit protett permezz tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, p. 7)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta' Novembru 2004, IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il-Kummissjoni (T-168/02), hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tas-26 ta' Marzu 2002, li tiċħad lil IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds l-aċċess għal ċerti dokumenti rċevuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta' proċedura li fit-tmiem tagħha din l-istituzzjoni tat opinjoni favur it-twettiq ta' proġett industrijali f'sit protett skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u tal-flora selvaġġa, hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija ordnata tbati l-ispejjeż esposti mir-Renju ta' l-Iżvezja fil-kuntest tal-proċedura ta' appell, kif ukoll dawk esposti mill-IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds kemm f'din il-proċedura kif ukoll fil-proċedura ta' l-ewwel istanza li wasslet għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-30 ta' Novembru 2004, IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds vs Il-Kummissjoni.
4)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati ma' l-appell.
5)
Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura ta' l-ewwel istanza.
(1) ĠU C 115, 14.5.2005.
Full & Egal Universal Law Academy