23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-77/05) (1)
(Regolament (KE) Nru 2007/2004 - Twaqqif ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea - Validità)
(2008/C 51/08)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: E. O'Neill u C. Gibbs, aġenti u A. Dashwood, Barrister)
Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent u A. Collins, SC, McGarry, BL), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: J. Pietras, aġent), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: R. Procházka, J. Čorba, u B. Picziová, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schutte u. R. Szostak, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: J. M. Rodríguez Cárcamo, aġent), il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. O'Reilly, aġent)
Suġġett
Annulament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004, tas-26 ta' Ottubru 2004, li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Ko[o]perazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, p. 1)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq huwa ordnat ibati l-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta' Spanja, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 82, 2.4.2005.
Full & Egal Universal Law Academy