4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta' Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-110/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 28 KE - Kunċett ta' 'miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni' - Ċiklomuturi, muturi, triċikli u kwadriċikli pprojbiti milli jirmunkaw karru fit-territorju ta' Stat Membru - Sigurtà fit-triq - Aċċess għas-suq - Ostakolu - Proporzjonalità)
(2009/C 82/02)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Recchia u F. Amato, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u M. Fiorilli, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 28 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi vetturi bil-mutur, bl-eċċezzjoni ta' tractors, milli jirmunkaw karru.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 115, 14.5.2005.
Full & Egal Universal Law Academy