23.2.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 51/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta' Diċembru 2007 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq vs Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea
(Kawża C-137/05 P) (1)
(Regolament (KE) Nru 2252/2004 - Passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri - Standards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi - Validità)
(2008/C 51/10)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: C. Jackson u C. Gibbs, aġenti, A. Dashwood, Barrister)
Partijiet intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, assistit minn A. Collins, SC, u P. McGarry, BL), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentanti: R. Procházka, J. Čorba u B. Ricziová, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schutte, R. Szostak u G. Giglio, aġenti)
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: J. Rodriguez Carcamo, aġent), ir-Renju ta' l-Olanda (rappreżentant: H. G. Sevenster, aġent) u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. O'Reilly, aġent)
Suġġett
L-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta' Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 385, p. 1).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' fuq huwa ordnat ibati l-ispejjeż.
3)
Ir-Renju ta' Spanja, l-Irlanda, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika Slovakka, kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 132, 28.5.2005.
Full & Egal Universal Law Academy