1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Luleå tingsrätt — L-Isveżja) — Åklagaren vs Percy Mickelsson, Joakim Roos
(Kawża C-142/05) (1)
(Direttiva 94/25/KE - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni - Projbizzjoni tal-użu ta’ dgħajjes personali bil-mutur barra mill-passaġġi tal-ilma pubbliċi - Artikoli 28 KE u 30 KE - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Aċċess għas-suq - Ostakolu - Protezzjoni tal-ambjent - Proporzjonalità)
2009/C 180/02
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Luleå tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Åklagaren
Konvenuti: Mickelsson, Joakim Roos
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Luleå Tingsrätt — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 sa 30 KE u tad-Direttiva 2003/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003, li temenda d-Direttiva 94/25/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU L 214, p.18) — Projbizzjoni ta’ użu ta’ dgħajjes personali (bil-mutur) barra miż-żoni pubbliċi ta’ navigazzjoni awtoriżżata.
Dispożittiv
1)
Id-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1994, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 2003/44/KE, ma tipprekludix leġiżlazzjoni li, għal raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent, tipprojbixxi l-użu ta’ VNM barra mill-passaġġi ddeżinjati.
2)
L-artikoli 28 KE u 30 KE ma jipprekludux din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bil-kundizzjoni li:
—
l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu marbuta li jieħdu l-miżuri ta’ implementazzjoni previsti sabiex jiddeżinjaw żoni barra mill-passaġġi tal-ilma pubbliċi li fihom il-VNM ikunu jistgħu jintużaw,
—
dawn l-awtoritajiet ikunu effettivament eżerċitaw il-kompetenza mogħtija lilhom f’dan ir-rigward u jkunu ddeżinjaw iż-żoni b’osservanza tar-rekwiżiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali,
—
u li dawn il-miżuri jkunu ġew adottati f’terminu raġonevoli wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni.
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn ir-rekwiżiti jkunux ġew osservati.
(1) ĠU C 143, 11.6.2005.
Full & Egal Universal Law Academy