8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-152/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Kundizzjonijiet għall-għoti ta' sussidju għall-kostruzzjoni jew l-akkwist ta' dar bħala abitazzjoni personali - Kundizzjoni li d-dar għandha tinsab fit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat)
(2008/C 64/03)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u K. Gross, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Schulze-Bahr, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 18, 39 u 43 KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li sussidju speċifiku (Eigenheimzulage) għall-kostruzzjoni jew xiri ta' dar personali jingħata biss lil persuni li huma taxxabbli mingħajr limitu f'dak l-Istat Membru u biss għad-djar li jinsabu f'dak l-Istat
Dispożittiv
1)
Billi eskludiet fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 2(1) tal-liġi dwar is-sussidji fuq il-proprjetà immobbli (Eigenheimzulagengesetz), fil-verżjoni tagħha ppubblikata fl-1997, kif emendata mil-liġi kumplimentari baġitarja ta' l-2004 (Haushaltsbegleitgesetz 2004), id-djar li jinsabu fi Stat Membru differenti minn dak tal-benefiċċju tas-sussidju fuq il-proprjetà immobbli mogħti lill-persuni suġġetti għal kollox għat-taxxa fuq id-dħul, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 18 KE, 39 KE u 43 KE.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 132, 28.5.2005.
Full & Egal Universal Law Academy