24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' l-Iżvezja
(Kawża C-167/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE - Taxxi interni fuq prodotti ta' Stati Membri oħra - Taxxi ta' natura li jipproteġu indirettament produzzjonijiet oħra - Projbizzjoni ta' diskriminazzjoni bejn prodotti impurtati u prodotti nazzjonali kompetituri - Dazji tas-sisa - Tassazzjoni differenti tal-birra u ta' l-inbid - Oneru tal-prova)
(2008/C 128/02)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: L. Ström van Lier, K. Gross, K. Simonsson u R. Lyal, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju ta' l-Iżvezja [rappreżentant: K. Wistrand, aġent]
Partijiet intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Latvja [rappreżentanti: E. Balode-Buraka u E. Broks, aġenti]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 90 KE — Tassazzjoni interna fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku li jolqot b'mod aktar sostanzjali l-inbid milli l-birra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 171, 9.7.2005.
Full & Egal Universal Law Academy