6.12.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 313/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-23 ta' Ottubru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-274/05) (1)
(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/48/KEE - Ħaddiema - Rikonoxximent tal-kwalifiki’)
(2008/C 313/02)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E. Skandalou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1, 3, 4, 7, 7 u 10 tad-Direttiva 89/48/KEE tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU L 19, p. 16) — Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali miksuba fi Stat Membru ieħor f'dak li jikkonċerna l-impjieg fis-settur pubbliku u r-reġistrazzjoni fit-Techniko Epimelytyrio Elladas.
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Ellenika,
—
billi ma rrikonoxxietx il-kwalifiki mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor wara taħriġ ipprovdut fil-kuntest ta' ftehim li bih taħriġ ipprovdut minn organu privat fil-Greċja jiġi rrikonoxxut minn dawn l-awtoritajiet;
—
billi pprovdiet għall-applikazzjoni ta' miżuri kumpensattivi f'numru ikbar ta' każijiet milli permess mid-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin, kif emendata bid-Direttiva 2001/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Mejju 2001;
—
billi attribbwixxiet lill-Kunsill inkarigat mir-rikonoxximent tal-ekwivalenza professjonali tal-kwalifiki ta' studji ogħla l-kompetenza sabiex jevalwa jekk “l-istabbiliment tal-edukazzjoni li fih l-applikant ikkompleta t-taħriġ tiegħu huwiex stabbiliment ta' edukazzjoni ogħla” u jekk “l-applikant għandux l-esperjenza professjonali meħtieġa fil-każ fejn iż-żmien ta' taħriġ ikun mill-inqas inferjuri minn sena milli meħtieġ fil-Greċja għall-eżerċizzju tal-istess professjoni”, u
—
billi ma ppermettietx, fis-settur pubbliku, ir-riklassifikazzjoni għal grad ogħla ta' persuni impjegati f'livell inferjuri minn dak li setgħu jistennew li kieku l-kwalifiki tagħhom kellhom jiġu rrikonoxxuti skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/48, kif emendata bid-Direttiva 2001/19,
naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1, 3, 4, 8 u 10 tad-Direttiva 89/48, kif emendata bid-Direttiva 2001/19.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għal żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u għandha ssostni l-ispejjeż tagħha.
4)
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 129, 9.6.2007.
Full & Egal Universal Law Academy