26.1.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 22/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Iit-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-280/05) (1)
(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Għajnuniet mogħtija mill-Istat - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Obbligu ta' rkupru - Nuqqas ta' eżekuzzjoni)
(2008/C 22/03)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġent]
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent u D. Del Gaizo, avukat]
Suġġett
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE, tat-30 ta' Marzu 2004, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni s-sistema ta' għajnuniet implimentata mill-Italja li tieħu miżuri urġenti favur l-impjieg f'impriżi f'diffikultà, li huma s-suġġett ta' proċedura ta' insolvenza u li jimpjegaw aktar minn elf persuna (Għajnuna Nru CR 62/2003, ex NN 7/2003 — Italja) (ĠU L 352, p. 10) — Nuqqas li jittieħdu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jinġabru lura għajnuniet li ġew iddikjarati inkompatibbli mas-suq komuni
Dispożittiv
1)
Peress li ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji sabiex tiġbor lura mingħand il-benefiċċjarji l-għajnuniet li ġew iddikjarati illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/800/KE, tat-30 ta' Marzu 2004, dwar is-sistema ta' għajnuniet mogħtija mill-Istat implimentata mill-Italja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam ta' l-impjiegi, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2 u 3 ta' din id-deċiżjoni.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 229, 17.9.2005.
Full & Egal Universal Law Academy